kms

 

What Is KMS?

Dear students,
The KSM (Kunsill Studenti MCAST) is an independent, unaffiliated body at
the heart of the Malta College of Arts, Science and Technology campuses
in Malta and Gozo, whose sole purpose is to represent and safeguard the
rights of each and every MCAST student.

The KSM executive is composed of eight members who are directly elected
by the students themselves in the yearly council election.
For the first time this year, after the KSM election, another election was
held whereby all Institute representatives elected their Student Liaison
Officer to secure a voice in the KSM executive.
The KSM executive members come from different satellite Institutes of the
College, and promote the College’s interests while also working tirelessly
to involve the students themselves in the epicentre of College affairs,
events, campaigns and initiatives.

KSM’s main aims are to:
Improve the communicative relationship between the student body,
management and administration

Organise activities, campaigns, events and initiatives with the aim of
involving the student body to the maximum

Address students’ complaints and concerns and forward these to the
MCAST administration

Improve the overall College environment hand in hand with the
administration

Keep the student body updated with regards to the general affairs
going on at each and every satellite Institute

Provide information and consultation services to the student body
and provide said body with the opportunity to offer feedback and
suggestions

Provide opportunities to the student body by means of discussions,
debates and information sessions which serve as a direct benefit to
student life at MCAST Institutes.

KSM encourages each and every student to lead an active campus life and
participate in activities and events organised by both the Council and the
College itself.

The executive of the Council invites the student body as well as staff and
administration to keep in close contact with the council itself and follow
its work within MCAST Institutes through the KSM’s official social media.
Thank you for reading,
Ahmed Lamlum
KSM President

Min Huma L-KMS?

Għeżież studenti,
Il-KSM (Kunsill Studenti MCAST) huwa organizzazzjoni indipendenti li jaħdem
fil-Kampuses tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija f’Malta u
Għawdex. Il-Kunsill ma għandu ebda affiljazzjoni ma’ xi organizzazzjoni
oħra u l-uniku skop tiegħu huwa li jirrappreżenta u jipproteġi d-drittijiet ta’
kull student u studenta tal-MCAST.

L-eżekuttiv tal-KSM huwa kompost minn tmien membri li huma eletti
direttament mill-istudenti nfushom fl-elezzjoni tal-Kunsill li ssir kull sena.
Għall-ewwel darba din is-sena, wara l-elezzjoni tal-KSM saret elezzjoni
oħra li fiha r-rappreżentanti kollha tal-Istituti eleġġew l-iStudent Liaison
Officer tagħhom biex hekk ikollhom vuċi fl-eżekuttiv tal-KSM. Il-membri
tal-eżekuttiv tal-KSM ġejjin minn Istituti differenti tal-Kulleġġ u, filwaqt li
jippromwovu l-interessi tal-Kulleġġ, jaħdmu wkoll bla waqfien biex jinvolvu
lill-istudenti nfushom fil-ħidma tal-Kulleġġ, u f’avvenimenti, kampanji u
inizjattivi oħra.

L-għanijiet ewlenin tal-KSM huma li:

Jorganizzaw attivitajiet, kampanji, avvenimenti u inizjattivi bl-iskop li
jinvolvu kemm jista’ jkun studenti

Jindirizzaw l-ilmenti u l-preokkupazzjonijiet tal-istudenti u jressquhom
quddiem l-amministrazzjoni tal-MCAST

Itejbu l-komunikazzjoni bejn l-organizzazzjoni tal-istudenti, il-maniġment
u l-amministrazzjoni

Itejbu l-ambjent ġenerali tal-Kulleġġ b’kollaborazzjoni mill-qrib malamministrazzjoni

Iżommu lill-istudenti infurmati dwar il-ħidma ġenerali li tkun qed issir f’kull
Istitut li mhux qiegħed fil-Kampus Prinċipali

Jipprovdu servizzi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni lill-istudenti u jagħtu
l-opportunità lill-istess studenti li jagħtu r-reazzjonijiet u s-suġġerimenti
tagħhom

Jipprovdu opportunitajiet lill-istudenti permezz ta’ diskussjonijiet, dibattiti
u sessjonijiet ta’ informazzjoni li jservu ta’ benefiċċju dirett għall-ħajja talistudenti
fl-Istituti tal-MCAST.

Il-KSM jinkoraġġixxi lill-istudenti kollha biex ikunu attivi fil-ħajja tal-Kampus
u jipparteċipaw f’attivitajiet u avvenimenti organizzati kemm mill-Kunsill
kif ukoll mill-Kulleġġ innifsu.
L-eżekuttiv tal-Kunsill jistieden lill-istudenti, kif ukoll lill-istaff u lillamministrazzjoni
sabiex iżommu kuntatt mill-qrib mal-Kunsill u jsegwu
x-xogħol tiegħu fl-Istituti tal-MCAST permezz tal-midja soċjali uffiċjali tal-
KSM.
Nirringrazzjakom talli qrajtu dan il-messaġġ.
Ahmed Lamlum
President KSM

 icon-backward BACK