The MCAST Chaplaincy Team

We aim to be a down-to-earth presence of faith in a Salesian style in the
MCAST community. The Chaplaincy Team offers its support and service
so that staff and students alike may help create at MCAST a home that
welcomes them, a community that upholds positive values, a College
that prepares them for life and space where students are cherished and
valued.

To this end, the MCAST Chaplaincy Team engages with staff and students
in class, in the Chapel, in leisure spaces and elsewhere on, and off, campus.
Through our friendly and spiritual presence, we communicate to all at
MCAST that each individual is special and precious to the One who made
us in His image, while encouraging everyone to integrate in their lives
the values of honesty, justice, hope, forgiveness, friendship, respect and
generosity. As Salesians of Don Bosco, we genuinely care about the young
and so we make ourselves available to listen to their life experiences,
whatever these may be, that they may eventually discover who they are,
what they are called to do and that God dwells within them, because
“bidden, or unbidden, God is present.”
This year the MCAST Chaplaincy Team is made up of Fr Antoine Farrugia
sdb (Chaplain), Fr Alfred Sacco sdb, Fr Aurelio Mule’ Stagno sdb, Fr Robert
Falzon sdb, Fr Mario Mule’ Stagno sdb and Fr Anton Refalo (Assistant
Chaplains).

icon-phone-square Mob: 9989 2278
icon-envelope Email: chaplaincy@mcast.edu.mt.com
icon-facebook-square MCAST Salesian Chaplaincy

 

Iċ-Chaplaincy Team

Iċ-Chaplaincy Team jaħdmu sabiex ikunu preżenza ħajja ta’ fidi fi stil Sależjan
fil-komunità li tifforma l-MCAST. Huma joffru l-għajnuna u s-servizzi tagħhom
sabiex jgħinu liż-żgħażagħ u lill-istaff joħolqu fl-MCAST dar li tilqagħhom,
komunità li ssostni valuri pożittivi, kulleġġ li jħejji lill-istudenti għall-ħajja, u
spazju fejn iż-żgħażagħ iħossuhom maħbubin u stmati.

Għal dan il-għan, iċ-Chaplaincy Team jiltaqgħu u jaħdmu mal-istaff u
ż-żgħażagħ fil-klassijiet, fil-kappella, fl-ispazji ta’ rikreazzjoni u f’postijiet oħra
kemm ġewwa kif ukoll barra l-Kampus. Permezz tal-preżenza tagħhom mibnija
fuq il-ħbiberija u l-ispiritwalitá Sależjana, huma jgħaddu l-messaġġ lillkomunità
kollha tal-MCAST li kull individwu huwa speċjali u prezzjuż f’għajnejn
Dak li ħalaqna xbieha tiegħu, filwaqt li jinkoraġġixxu lil kulħadd jipprattika
l-valuri tal-onestà, il-ġustizzja, it-tama, il-maħfra, il-ħbiberija, ir-rispett u
l-ġenerożita. Bħala Sależjani ta’ Don Bosco, iċ-Chaplaincy Team għandhom
iż-żgħażagħ ħafna għal qalbhom u għalhekk huma dejjem disponibbli biex
jisimgħu l-esperjenzi ta’ ħajjithom, ikunu xi jkunu, sabiex eventwalment dawn
jaslu biex jiskopru min huma, x’inhi s-sejħa tagħhom, u li Alla jgħix fihom għax
“għalkemm mhux bilfors li dan jidher, Alla jinsab hemm preżenti.”
Din is-sena, iċ-Chaplaincy Team huwa magħmul minn Fr Antoine Farrugia sdb
(Chaplain), u minn Fr Alfred Sacco sdb, Fr Aurelio Mulè Stagno sdb, Fr Robert
Falzon sdb, Fr Mario Mulè Stagno sdb u Fr Anton Refalo (Assistant Chaplains).

icon-phone-square Mob: 9989 2278
icon-envelope Email: chaplaincy@mcast.edu.mt.com
icon-facebook-square  MCAST Salesian Chaplaincy