PJAN STRATEGIKU 2019 – 2021: L-MCAST BI PROCESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

April 4, 2019 Admin
PJAN STRATEGIKU 2019 – 2021: L-MCAST BI PROCESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

All day
March 11, 2019

L-MCAST ikompli bil-process ta’ tigdid biex titfassal l-istrategija ghat-tliet snin li gejjin, b’konsultazzjoni pubblika li saret nhar il-Hamis 7 ta’ Marzu fic-Centru tax-Xjenza Interattiva ta' Esplora fil-Bighi. Il-Ministru ghall-Edukazzjoni u x-Xoghol Evarist Bartolo, is-Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru ghall-Edukazzjoni u x-Xoghol Dr Frank Fabri, il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST is-Sur Frederick Schembri u l-Principal tal-MCAST Prof James Calleja, ilkoll indirizzaw din l-attivita’.

Matul dan l-avveniment, li ghalih kienu prezenti raprezentanti ta’ diversi entitajiet u persuni li jahdmu mill-qrib mal-MCAST, gew diskussi fit-tul il-proposti mnizzlin fil-pjan strategiku tal-kullegg ghas-snin 2019 – 2021. Dawn il-proposti kienu pprezentati b’mod dettaljat mill-Principal tal-Kullegg Prof James Calleja fil-bidu tal-workshop. Prof Calleja spjega kif l-MCAST huwa impenjat li joffri taghlim u tahrig rilevanti u ta’ kwalità, li jirriflettu l-htigijiet tal-ekonomija Maltija.

Min-naha tieghu, il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST is-Sur Frederick Schembri accena kif l-MCAST toffri taghlim u tahrig ghall-izvilupp professjonali tal-istudent. Il-programm tal-apprentistat (Work-Based Learning) li jhaddan fih l-MCAST jipprovdi taghlim kif ukoll tahrig fuq firxa wiesgha ta’ hiliet li jippreparaw l-istudent biex jahdem fid-dinja tax-xoghol. Fi kliem is-Sur Schembri, l-apprentistat huwa investiment li jrendi ghax meta l-persuna tiggradwa, tkun diga mharrga fuq il-proceduri tal-kumpaniji fl-industrija.

Il-Ministru ghall-Edukazzjoni u x-Xoghol Evarist Bartolo sahaq fuq l-importanza li l-edukazzjoni tkun ibbazata fuq it-taghlim u t-tahrig fil-livelli u istituzzjonijiet kollha tal-edukazzjoni sabiex ikolna sostenibilita’ socjali, ekonomika u edukattiva. Il-Ministru qal li l-ligi tal-Work Based Learning, li kelna qbil unanimu fuqha fil-Parlament, hija turija tal-impenn nazzjonali li ghandna lejn dan is-settur fejn ninvestu fit-tahrig fis-sistema edukattiva ta’ pajjizna li tiffoka fuq l-investiment tal-istudenti ghall-hajja tieghu jew taghha. Il-Ministru tenna li l-ahjar edukazzjoni hija dik li thejjina biex insolvu l-problemi reali u trawwimna fil-valuri tal-onesta’ u solidarjeta’.

is-Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru ghall-Edukazzjoni u x-Xoghol Dr Frank Fabri beda billi rringrazzja lil kull min mill-2001 ta’ s-sehem tieghu fl-MCAST u bis-sahha ta’ dan l-impenn l-MCAST illum qed tkompli tara li tiggedded ir-rilevanza fil-programmi ta’ taghlim taghha. Hu emfasizza l-impenn favur edukazzjoni tabilhaqq rilevanti, ta’ kwalita’, ekwa, u inklussiva tul il-hajja li mehtiega ssir b’modi differenti fil-klassi, fil-workshop u fuq il-post tax-xoghol. Hu tenna li s-success fl-edukazzjoni u fix-xoghol dejjem inkiseb u qieghed jinkiseb kull darba li naghrfu nahdmu lkoll flimkien favur vjagg edukattiv li jissarraf f’cittadinanza kritika u attiva, u l-impjegabilita’ sostenibbli f’dinja mimlija sfidi u li qed tinbidel b’ritmu mghaggel hafna.

 

View full calendar