Institute of Engineering and Transport – Building & Construction Engineering

Foundation Certificate in Construction Engineering

CE2-01-19

Course details

This programme provides the learner with an opportunity to get acquainted with the different vocational trades related to construction engineering. The vocational practice component is based on a ‘taster’ approach whereby the learner will learn about the tools, materials, processes and applications relative to:
• Welding and Fabrication
• Plumbing and Electrical Installation
• Refrigeration and Air-conditioning
• Woodwork
• Trowel trades, including Restoration, Stone Masonry and Tile Laying.
Technical Drawing will complement the five vocational areas listed above.
Learners will also have the opportunity to enhance their key skills, such as English, Maltese, Mathematics, Science, Information Technology and Individual and Social Responsibility, all of which will be embedded in the vocational content.

Dan il-programm jipprovdi lill-istudent l-opportunità li jsir familjari mas-snajja’ vokazzjonali differenti relatati mal-inġinerija tal-kostruzzjoni. Fil-komponent tal-prattika vokazzjonali l-istudent ikollu l-opportunità li jitgħallem dwar l-għodod, il-materjali, il-proċessi u l-applikazzjonijiet relatati ma’:
• L-Iwweldjar u l-Fabbrikazzjoni
• Il-Plumbing u l-Installazzjoni tal-Elettriku
• Ir-Refriġerazzjoni u l-Kondizzjonament tal-Arja
• Ix-Xogħol tal-Injam
• Is-Sengħa tat-Tikħil, inkluż ix-Xogħol ta’ Restawr, ix-Xogħol tal-Ġebel u t-Tqegħid tal-Madum.
Flimkien mal-ħames oqsma vokazzjonali mniżżla hawn fuq, l-istudent jitgħallem ukoll id-Disinn Tekniku.
L-istudenti jkollhom anke l-opportunità li jsaħħu l-ħiliet ewlenin tagħhom, bħall-Ingliż, il-Malti, il-Matematika, ix-Xjenza, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u r-Responsabbiltà Individwali u Soċjali, li huma kollha inkorporati fil-kontenut vokazzjonali.

Level 2

1 year full-time

Work Placement

Finished Compulsory Education
or
MCAST Introductory Certificate

Initial Assessment Test (as may be applicable)