Gozo Campus

ACCA Qualification

BC7-01-21G

202 ECTS

Course details

Work Experience
An ACCA Qualification is a path that leads to becoming an internationally recognised Chartered Certified Accountant, and can take your career in any direction. It is a rewarding and intense course with a number of Professional Courses which allow the students to have a rigorous qualification that is accepted across the globe. The ACCA course is the perfect choice for a career in Accountancy and the perfect milestone on anyone’s route to becoming a qualified finance professional. The course content is fully administered and managed by ACCA. As an authorised training provider, MCAST delivers a specific programme aimed to enable learners to achieve the prestigious ACCA qualification. The programme provides different exit routes at MQF Levels 6 and 7. Learners incur fees payable to ACCA for any membership and exam administration.

Note:
Learners taking this qualification at the Gozo Campus will be able to cover all the Foundation Papers (F1 to F9 as may be applicable), which constitute the Level 6 qualification (the first two years), at the Għajnsielem Campus. Preparation and assessment for the Professional Papers leading to the Level 7 qualification (i.e. the last two years of the programme of studies) will be delivered at the MCAST Main Campus in Paola,
Malta.

Kwalifika tal-ACCA hija triq li twassal biex issir Chartered Certified Accountant rikonoxxut fuq livell internazzjonali, u tista’ tiżviluppa l-karriera tiegħek fi kwalunkwe direzzjoni. Huwa kors intensiv u li jagħti ħafna sodisfazzjon b’għadd ta’ Korsijiet Professjonali li jwasslu biex l-istudenti jakkwistaw kwalifika rigoruża li hija aċċettata madwar id-dinja. Il-kors tal-ACCA huwa l-għażla perfetta għal min jixtieq karriera fl-Accountancy u stadju importanti perfett fit-triq ta’ kull min jixtieq isir professjonist kwalifikat fil-qasam tal-finanzi. Il-kontenut tal-kors huwa amministrat u mmexxi totalment mill-ACCA. Bħala fornitur ta’ taħriġ awtorizzat, l-MCAST iwassal programm speċifiku, bil-għan li jippermetti lill-istudenti jiksbu l-kwalifika prestiġjuża tal-ACCA. Il-programm jipprovdi rotot ta’ ħruġ differenti fil-Livelli 6 u 7 tal-MQF. L-istudenti jkunu meħtieġa jħallsu l-miżati lill-ACCA għal kwalunkwe sħubija u amministrazzjoni tal-eżamijiet. Nota:
L-istudenti li jieħdu l-kors li jwassal għal din il-kwalifika fil-Kampus tal-MCAST f’Għawdex ikollhom il-possibiltà li jkopru l-Foundation Papers (minn F1 sa F9, skont ma jkun applikabbli), li jikkostitwixxu l-kwalifika tal-Livell 6 (l-ewwel sentejn tal-kors), fil-Kampus ta’ Għajnsielem. Il-preparazzjoni u l-assessjar relatati mal-Professional Papers, li jwasslu għal kwalifika tal-Livell 7 (jiġifieri l-aħħar sentejn tal-programm ta’ studju), jinżammu fil-Kampus Ewlieni tal-MCAST f’Raħal Ġdid, Malta.
MQF Level 7
4 Years Full-time
Entry Requirements: MCAST Advanced Diploma in Accounting or 2 A-Level and 2 I-Level passes Compulsory A-Level or I-Level or SEC/O-Level: Mathematics, English Language Preferred A-Level or SEC/O-Level: Economics, Accounts
Career Pathways: Accountant, Financial controller, Financial analyst, Business analyst, Corporate finance specialist, Project finance accountant