STUDENT SUPPORT
  Information Centre
  Pathway Course
  Learning Support Service
  Inclusive Education Unit (IEU)
  Guidance and Counselling
COURSES
Full-Time: Prospectus 2011-2012 | List of Courses | Admissions
Part-Time (Short): List of Courses
Download Prospectus
Apply Online | Download Application Form
EUROPEAN SOCIAL FUND COURSES (ESF)
Please click on the following link for further details on the ESF Courses currently available.
Scholarships in Digital Media and Financial Services (TSSM)
Foundation and Re-Skilling Courses
KORS TA' TĦEJJIJA GĦAL-ĦAJJA INDIPENDENTI
Il-Programm Pathway to Independent Living

Il-Programm Pathway to Independent Living jipprovdi opportunità lill-applikanti li jippossjedu ċertifikat tat-tmiem tal-iskola biex isegwi programm strutturat ta’ studju li jiffoka fuq il-ħtiġijiet talistudenti individwali. Il-programm ta’ sentejn jitratta l-istudenti b’diżabbiltà/diffikultajiet fit-tagħlim żgħar jew moderati. Dan huwa maħsub biex jgħin lillistudenti jiksbu ħiliet għal għixien indipendenti, b’mod partikolari dawk meħtieġa biex isibu u jżommu impjieg.

L-applikanti jgħaddu minn proċess ta’ selezzjoni. Dan jinkludi intervista individwali u/jew fi grupp. Jitwettaq ukoll Test ta’ Valutazzjoni Inizjali sabiex jiġi evalwat il-livell akkademiku tal-applikant. L-applikanti huma mistennija li jkollhom ħiliet bażiċi fil-litteriżmu u l-matematika, ikunu kapaċi jittolleraw ambjenti ta’ tagħlim kemm fil-klassi u kif ukoll fil-komunità u jkunu lesti li jitħarrġu f’impjieg. Matul il-programm, l-istudenti jingħataw diversi opportunitajiet biex jesperjenzaw tagħlim prattiku fl-oqsma tas-suġġetti kollha. Il-programm għandu moduli speċifiċi ta’ studju li huma deskritti hawn taħt

Email: pathway@mcast.edu.mtpathway@ mcast.edu.mt,
Tel: 2398 7320/1.

Dan il-Programm huwa disponibbli wkoll f’Għawdex.

Tul tal-Kors: sentejn full-time

Tariffi: -

Dħul: ċertifikat tat-Tmiem tal-Iskola, Rapporti Mediċi u Psikjattri (jekk applikabbli) Rapporti tal-Iskola (inkluż IEP)

Valutazzjoni Psikoloġika (mhux aktar antika minn tliet snin)

Nota: L-MCAST tipprovdi l-appoġġ ta’ Assistent ta’ Appoġġ fit-Tagħlim wieħed (minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘LSA’) għal kull klassi (m’hemm l-ebda appoġġ/faċilitazzjoni personali ħlief f’każijiet partikolari). L-istudenti jgħaddu minn proċess ta’ selezzjoni li jinkludi intervista u Test ta’ Valutazzjoni Inizjali. Il-kors isir mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Unitajiet ta’ Studju:
Litteriżmu u Matematika
  • Malti
  • Ingliż
  • Matematika
  • Immaniġġjar tal-Flus
  • Ġestjoni tal-Ħin
  • Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni
Ħiliet fil-Ħajja
  • Personali, Soċjali u Edukazzjoni tas-Saħħa
  • ċittadinanza
  • Ħiliet Komunitarji
  • Divertiment u Rikreazzjoni
  • Ħiliet tal-Għixien ta’ Kuljum
Studji Vokazzjonali
  • Tagħlim Relatat max-Xogħol
  • Edukazzjoni dwar il-Karrieri u Gwida/Ippjanar għal Wara l-Iskola
  • Orjentazzjoni tal-Impjieg
  • Esperjenza ta’ Xogħol (kemm fuq il-kampus kif ukoll fis-suq tax-xogħol)
Read in English
Malta College of Arts, Science & Technology
Home | About Us | Institutes | Courses | Admissions | Support | The Library | News | Contact Us | Developed by Seasus