STUDENT SUPPORT
  Information Centre
  Pathway Course
  Learning Support Service
  Guidance and Counselling
EUROPEAN SOCIAL FUND COURSES (ESF)
Please click on the following link for further details on the ESF Courses currently available.
Foundation and Re-Skilling Courses
COURSES
Full-Time: Prospectus 2010-2011 | List of Courses | Admissions
Part-Time (Short): List of Courses
Apply Online | Download Application Form
SERVIZZI TA' 'GUIDANCE' U 'COUNSELLING'

It-team tal-'Guidance and Counselling' ta' l-MCAST jaħdem sabiex imexxi u joffri l-aħjar servizz possibli kemm għal studenti prospettivi u l-ġenituri tagħhom, kif ukoll għall-istudenti li diġa qed isegwu korsijiet fid-disa' istituti tal-MCAST.

Id-dmirijiet tat-Tim tal-'Guidance' u 'Counselling' jistgħu jinqasmu fi tliet oqsma prinċipali:

  • 'Guidance' u 'Counselling' Vokazzjonali
  • 'Counselling' Personali
  • Attivitajiet fi Gruppi

'Guidance' u 'Counselling' Vokazzjonali

Dan l-aħħar stajna naraw żieda sostanzjli fl-opportunitajiet edukattivi, fis-setturi u fil-livelli kollha. Xogħlijiet tradizzjonali u s-settur tal-manifattura qed jonqsu waqt li opportunitajiet interprenali fis-settur tas-servizzi industrjali qegħdin jiffjorixxu. Dawn it-tibdiliet kollha qegħdin jaffettwaw liż-żgħażagħ fl-għażla tal-karriera tagħhom.

F'kulleġġ bħall-MCAST fejn l-istudenti qed jiġu mħarrġa fil-karriera ta' l-għażla tagħhom, 'Guidance' vokazzjonali huwa ta' mportanza kbira. Jekk studenti jkunu ħadu deċiżjoni wara li-ġabru l-informazzjoni neċessarja u jkunu ċerti mill-għażla li għamlu, jew sabu diffikultajiet waqt il-kors tagħhom, dawn għandhom bżonn ikunu jafu dwar triqat oħra li jistgħu jagħżlu.

Il-'Counsellors' tal-MCAST jgħinu lill-istudenti tul dan il-proċess ta' żvilupp personali, billi jagħtu appuntamenti lill-individwi kkonċernati biex jgħinuhom jagħrfu triqat alternattivi u jiddeċiedu fuq l-aħjar triq għalihom biex jaslu għall-iskop tagħhom.

Studenti li m'humiex sodisfatti bl-għażla tal-kors tagħhom fl-MCAST jew f'xi istituzzjoni oħra post-sekondarja jew terzjarja, ikollhom bżonn jiċċaraw il-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Il-'Counsellors' tal-MCAST flimkien ma' dawn l-istudenti jiddiskutu korsijiet oħrajn li huma jkunu jistgħu jagħżlu kemm fl-MCAST kif ukoll f'istituzzjonijiet oħra.

Dawk l-adulti li qed jaħsbuha biex ikomplu l-istudji tagħhom jew qed ifittxu karrieri oħrajn jistgħu wkoll jagħmlu użu minn dawn is-servizzi tal-'Guidance' u l-'Counselling'.

'Counselling' Personali

Il-'Counselling' jista' jintuża bħala għodda biex l-istudenti jieħdu aktar mill-ħajja. Il-'Counselling' Personali fl-MCAST huwa l-aktar iffukat fuq il-futur u l-iżvilupp personali, bl-għan li jagħti direzzjoni fil-ħajja, u fuq il-kapaċita' li l-istudenti jistgħu joħolqu d-destin tagħhom infushom.

L-istudenti jiġu nkoraġġiti biex ifittxu l-għajnuna u jagħmlu użu tajjeb minn dan is-servizz. F'ċerti sfidi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja, is-support, l-inkoraġġiment u li jsibu min jismagħhom, jista' jgħinom jifhmu aħjar lilhom infushom.

Il-'Counselling' huwa effettiv meta studenti, permezz ta' bdil ta' ideat u esperjenzi mal-'Counsellor', isiru aktar kapaċi jiffaċjaw sitwazzjonijiet li joffru sfida, u jagħmlu użu mir-riżorsi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu maghħom fil-ħajja.

Dan il-proċess jinkludi :

  • Identifikazzjoni, esplorazzjoni u ċarezza ta' sitwazzjonijiet li joffru sfidi u opportunitajiet li għadhom ma ġewx sfuttati.
  • Għajnuna lill-istudenti biex jiżviluppaw u joħolqu l-għanijiet, l-oġġettivi jew aġendi tagħhom ibbażati fuq azzjoni, jifhmu s-sitwazzjonijiet ta' diffikulta' u jistabbilixxu prijoritajiet.
  • Għajnuna lill-istudenti biex jiżviluppaw strateġiji ta' azzjoni biex jintlaħqu l-miri tagħhom u jieħdu l-opportunitajiet li jagħmlu differenza f'ħajjithom.
  • Għajnunua lill-istudenti sabiex jaġixxu fuq dak li tgħallmu kemm qabel kif ukoll waqt is-sezzjoni tal-'Counselling'.
Il-'Counsellors' tal-MCAST jemmnu li l-istudenti li għandhom l-enerġija neċessarja biex jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. Jemmnu wkoll li huwa d-dmir ta' l-adulti kollha kkonċernati biex iwarrbu l-ostakoli u jħallu liż-żagħżagħ jużaw il-potenzjal tagħhom kollu biex ikunu sodisfatti personalment. Dan iwassal għal ġid kbir fis-soċjeta.

Attivitajiet fi Gruppi

Il-'Counsellors' jieħdu ħsieb kemm bżonnijiet individwali tal-istudent kif ukoll il-bżonnijiet ta' gruppi jew klassijiet. Fil-klassijiet kollha u fil-'workshops' b'mod speċjali, huwa mportanti li l-istudenti jgħinu lil xulxin u jaħdmu flimkien bħala tim. Dan ix-xogħol f'tim iwassal għal riżultati aħjar kemm fuq bażi ndividwali kif ukoll ta' klassi.

Din l-esperjenza ta' xogħol f'tim tipprepara lill-istudenti jadattaw irwieħhom biex jaħdmu flimkien mal-kollegi tagħhom meta, fil-futur huma stess ikunu jistgħu jpoġġu fil-prattika dak li qed jaspiraw għalih fil-karrieri li jkunu għażlu.

Il-'Counsellors' joffru dawn s-servizzi is-sena kollha biex jinkoraġġixxu lill-istudenti fil-kors tagħhom sakemm finalment jilħqu l-għanijiet mixtieqa.

Għal-appuntament mall-'Counsellors' ċempel fuq 23987133 or 23987134 jew ibgħat ittra elettronika lil counsellors@mcast.edu.mt

Aqra bil-Malti
Malta College of Arts, Science & Technology
Home | About Us | Institutes | Courses | Admissions | Support | The Library | News | Contact Us | Developed by Seasus