MCAST LIBRARIES
  About Us
     - General Information
     - MCAST Library Regulations
     - Rules for use of the IT & AV
     - Photocopying guidelines
     - Learning Support Basic Skills Unit
  Get in Touch with Us
  Library Opening Hours
  Library Registration Form
  Electronic Library Resources
  Tips on using our Libraries
  Search Our Catalogue
  Your Course & the Library
  Other Libraries in Malta
  Useful Links to your Studies
  News and Events
MY LIBRARY ACCOUNT
  View MY Profile
  View MY Account Status
REGOLAMENTI TAL-LIBRERIJI TA' L-MCAST

Studenti jistgħu jissellfu sa' tliet oġġettti għal tliet ġimgħat kull darba. 'Staff' akkademiku jistgħu jissellfu sa' sitt oġġettti għal erbgħa' xhur kull darba. Jekk ma tirritornax l-oġġettti meta jmissek ikollok tħallas penali ta' €0.12 (5 ċenteżmi) kull ktieb għal kull jum li fih tiftaħ il-librerija.

Biex tissellef trid l-ewwel tirregistra magħna. Kull ktieb li ser tissellef irid l-ewwel jiġi iċċekkjat u irreġistrat ħdejn il-counter ta' isfel. Jekk dan ma jsirx ser iddoqqu l-allarmi tas-sigurta'.

Oġġetti użati fil-librerija jew mislufa għal użu id-dar ghandhom jiġu użati sew biex niżguraw li ma ssirilhom l-ebda ħsara jew jitħammġu. Ma hux permess kitba ta' notamenti fuq kotba, la bil-inka u lanqas bil-lapes.

Il-Librerija hi maqsuma f'żewġ partijiet: f' naħa minnhom jistgħu jiltaqgħu gruppi ta' studenti biex jiddiskutu, filwaqt li fin-naħa l-oħra wieħed jista' jmur jistudja għal rasu fil-kwiet. Għalhekk il-gruppi li jkunu qed jiddiskutu għandhom joqogħdu attenti li ma jtellfux lil sħabhom l-oħra minħabba wisq storbju. Barra minn hekk, il-mobiles iridu jinżammu silent.

Fil-librerija ma tistgħux tieklu u tixorbu u l-basktijiet tridu tħalluhom fejn ikun indikat qrib l-entratura. Hija responsabilita' tiegħek li tassigura li ma' tħallix affarijiet prezzjużi f'dan il-post.

L-aħħar ħarġiet tar-rivisti, u il-videos DVDs u kotba ta' referenza kollha, ma jistgħux jittieħdu barra mil-librerija.

Il-kotba li tieħdu minn fuq l-ixkaffi qiegħduhom fuq l-imwejjed sabiex iqiegħduhom f'posthom il-librara.

Tista' ukoll tidħol fl-internet imbasta mhux f'siti b'materjal oġġezzjonabbli. Lanqas ma tista' tniżżel programmi, mużika jew toqgħod tilgħab. (Jekk ikollok xi dubju, saqsi lil-librara.)

Laurence Zerafa
Librarian MCAST

Read in English
Malta College of Arts, Science & Technology
Home | About Us | Institutes | Courses | Admissions | Support | The Library | News | Contact Us | Developed by Seasus