INSTITUTES
  Index
  Agribusiness
  Applied Science
  Art & Design
  Building & Construction Engineering
  Business & Commerce
  Community Services
  Electrical & Electronics Engineering
  Information & Communication Technology
  Maritime Institute
  Mechanical Engineering
  Gozo Centre | Information
  Campus Map
  Institute Contact Details
COURSES
Full-Time: Prospectus 2011-2012 | List of Courses | Admissions
Part-Time (Short): List of Courses
Download Prospectus
Apply Online | Download Application Form
EUROPEAN SOCIAL FUND COURSES (ESF)
Please click on the following link for further details on the ESF Courses currently available.
Scholarships in Digital Media and Financial Services (TSSM)
Foundation and Re-Skilling Courses
INFORMAZZJONI DWAR IĊ-ĊENTRU TA' GĦAWDEX

L-Isport fiċ-ċentru tal-MCAST f'Għawdex

Id-Dipartiment ta' l-isport fiċ-ċentru ta' l-MCAST f'Għawdex, għal matul is-sena akkademika l-ġdida ħejja diversi attivitajiet sportivi. Minbarra l-organizzazzjoni ta' logħob kompetittiv fil-forma ta' lig, se jkun organizzat ukoll logħob ma' skejjel oħra.

L-istudenti se jingħataw l-opportunita' li jipprovaw dixxiplini sportivi ġodda, fosthom dixxiplini sportivi li jintlagħbu fl-apert. Se jkollhom wkoll l-opportunita’ li jattendu għal sessjonijiet ta’ ħajra u wirjiet, kif ukoll taħditiet dwar sports u problemi relatati mas-saħħa. L-istudenti se jkunu jistgħu jmorru Malta biex jilagħbu kontra timijiet oħra tal-MCAST.

Fl-attivitajiet li jorganizza, id-Dipartiment jagħmel ħiltu biex jinħoloq ambjent amikevoli billi jippromwovi sens sportiv f'dak kollu li jorganizza. L-għan aħħari huwa li jimmotiva u jinkuraġġixxi lill-istudenti biex jieħdu sehem fl-attivitajiet sportivi u b’hekk jkollhom stil ta’ ħajja aktar san u attiv. Id-Dipartiment għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-kultura sportiva fost l-Għawdxin.


Servizz ta' Appoġġ għall-istudenti fiċ-ċentru ta' Għawdex

L-għan ta' dawn is-servizzi huwa li l-opportunitajiet edukattivi u sportivi jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' l-ikbar għadd possibbli ta' studenti, f'ambjent san ta' appoġġ effettiv.


Servizzi ta' informazzjoni

Għal kull informazzjoni dwar il-korsijiet li se jsiru fiċ-ċentru ta' Għawdex, ċempel 21 556275, fejn hemmhekk issib għad-dispożizzjoni tiegħek nies lesti biex jagħtuk l-informazzjoni kollha li trid taf dwar:-

• Kif u meta għandek tapplika għall-korsijiet
• Għajnuna biex tiddeċiedi tajjeb dwar l-aħjar għażla tal-kors li tixtieq issegwi
• Pariri dwar x'għajnuna oħra jista' jkollok bżonn fl-istudji tiegħek

Informazzjoni dwar il-korsijiet kollha ta' l-MCAST tinkiseb miċ-ċentru Prinċipali ta' Informazzjoni li jinsab fil-Kampus Ewlieni, Telgħa ta' Kordin, Raħal ġdid, Malta, telefon 21 806440 jew 23987117 jew e-mail liċ-ċentru fuq information@mcast.edu.mt.


Servizz ta' Guidance u Counselling

Jekk għadek ma ddeċidejtx jew għadek m'intix ċert liema kors tixtieq tagħżel, tista' tiddiskuti din l-għażla ma' counsellor. Dan jgħinek tasal għal għażla informata dwar liema kors l-iżjed ikun jgħodd għalik. Dan is-servizz jingħata permezz ta' appuntament li jrid isir fiċ-ċentru tal-MCAST f'Għawdex, telefon 21 556275.


Diżabilita' u Diffikultajiet fit-Tagħlim

Studenti li għandhom xi diżabilita' jew xi ħtiġijiet speċjali fit-tagħlim, u li qed jikkonsidraw li japplikaw għal xi kors f' l-MCAST, għandhom jagħmlu appuntament mat-Taqsima ta' l-Edukazzjoni Inklussiva qabel ma japplikaw għal xi kors.

L-applikanti noffrulhom intervista kunfidenzjali biex niskopru l-bżonnijiet individwali tagħhom u b'hekk niddeterminaw x'livell u x'tip ta' appoġġ il-Kulleġġ jista' jagħti biex l-applikanti jkunu jistgħu jsegwu l-kors ta' l-għażla tagħhom.

Ċempel liċ-ċentru ta' l-MCAST f'Għawdex, telefon 21 556275 biex tagħmel appuntament.


Għajnuna fil-ħiliet Bażiċi

Studenti li m'għandhomx kwalifiki formali jew li m'għandhomx il-livell meħtieġ fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Matematika, biex ikunu jistgħu jirnexxu fil-kors li jagħżlu, qed jingħataw għajnuna bħala sapport addizzjonali fil-ħiliet tagħhom. Dan is-sapport jingħata permezz ta' programmi speċjali fejn għalliema ta' esperjenza jħejju profajl ta' l-istudent wara li jsirlu screening test. L-għalliem iżomm rekord tal-progress tul il-programm kollu.

Għal kull diffikulta' dwar il-korsijiet offruti fiċ-ċentru ta' Għawdex jew xi Istitut ta' l-MCAST f'Malta, ċempel liċ-ċentru ta' l-MCAST f'Għawdex, telefon 21 556275 jew liċ-ċentru ta' l-Informazzjoni fil-Kampus Prinċipali, Telgħa ta' Kordin, Raħal Ġdid, Malta, telefon 21 806440.

Read in English
Malta College of Arts, Science & Technology
Home | About Us | Institutes | Courses | Admissions | Support | The Library | News | Contact Us | Developed by Seasus