EUROPEAN SOCIAL FUND COURSES (ESF)
  Foundation and Re-Skilling Courses
COURSES FULL-TIME
  Download Prospectus [PDF 10,622Kb]
COURSES PART-TIME (SHORT)
  Download Application Form [PDF 113Kb]
  Apply Online
  How To Apply
QUICK LINKS
Employers Guide:
Employers Guide [PDF 549 Kb]
Admissions: Selection Criteria | Applications | Maintenance Grants | Foreign Students | ETC Apprenticeships
Student Support: Guidance & Counselling | Learning Support | Special Needs
MCAST Link: Issue 33 [PDF 4,591Kb] | Subscribe Free | Advertise on MCAST Link
International Office: Leonardo da Vinci | Comenius Language Project 2004 |
The European Business Handbook for Young Entrepreneurs |
Socrates | YOUTH
Other: Campus Map
LISTA TA' KORSIJIET PART-TIME (għal studenti ta' 'l fuq minn 16-il sena)
Application for Maritime Part-time Courses [PDF 105 Kb]
Maritime Course Pre-requisites [PDF 28 Kb]

Iktar informazzjoni dwar il-korsijiet offruti tista' tinkiseb mill-website www.mcast.edu.mt jew www.mcastshortcourses.gov.mt jew billi ċċempel fuq in-numru 23987100 jew tibgħat e-mail fl-indirizz information@mcast.edu.mt.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħgbok zur http://www.etc.gov.mt

KIF TAPPLIKA

Korsijiet Part-Time Marzu 2010 (għal studenti ta' 'l fuq minn 16-il sena)

Il-Formola tal-Applikazzjoni trid timtela u tintbagħat flimkien mal-ħlas totali fl-Uffiċċju tal-Part-Time Courses, Kampus Prinċipali tal-MCAST, Telgħa ta' Kordin, Paola PLA 9032. Mal-applikazzjoni u l-pagament l-applikanti huma mitluba jehmżu kopja tal-karta tal-identita' (quddiem u wara). Applikazzjonijiet bla ħlas u mingħajr il-kopja tal-karta tal-identita' ma jiġux proċessati. Iċ-cekkijiet ghandhom ikunu f'isem MCAST.

Il-formola tal-applikazzjoni tinkiseb ukoll miċ-Ċentru ta' Informazzjoni u Appoġġ, Kampus Principali tal-MCAST, Telgħa ta' Kordin, Paola, jew permezz tal-e-mail information@mcast.edu.mt.

Applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fid-Dar tal-Istudenti, Kampus Principali tal-MCAST, Telgħa ta' Kordin, Paola mit-Tnejn l- 1 ta' Marzu sal-Erbgha 10 ta' Marzu 2010, bejn id-9.00 ta' fil-għodu u nofsinhar u mis-2.00 sal-4.00 ta' wara nofsinhar. Nhar il-Ħamis 4 ta' Marzu 2010, il-Kulleġġ jibqa' miftuħ sas-7.00 ta' fil-għaxija. Ma jigux aċċettati applikazzjonijiet fiċ-Ċ'entru ta' Informazzjoni u Appoġġ, qabel it-Tnejn l- 1 ta' Marzu 2010.

Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek online

Applikanti prospettivi għal korsijiet part-time organizzati mill-MCAST jistgħu japplikaw ukoll online permezz ta' sistema online fuq www.mcastshortcourses.gov.mt. Id-dati li jidhru online jistgħu jinbidlu. Dawn jiġu kkomunikati lill-istudenti permezz ta' ittra li tinħareg mill-Amministrazzjoni Ċ'entrali tal-MCAST. Iktar informazzjoni dwar il-korsijiet offruti tista' tinkiseb mill-website www..mcastshortcourses.gov.mt jew billi ċċempel fuq in-numru 23987100 jew tibgħat e-mail fl-indirizz information@mcast.edu.mt.

Kundizzjonijiet tal-Applikazzjoni

  • Il-Kulleġġ jirriżerva d-dritt li jiddeċiedi li kors ma jinżammx jekk ma jkunx hemm domanda kbira biżżejjed jew għal raġunijiet oħra ta' importanza għall-Kulleġġ. F'dan il-każ l-applikanti jingħataw lura l-ħlas li jkunu għamlu.
  • L-applikazzjonijiet jiġu aċċettati fuq bażi 'first come first served'.
  • L-ebda applikazzjoni ma tiġi aċċettata mingħajr pagament.
  • Pensjonanti ser jibbenefikaw minn roħs ta' 75% fuq il-korsijiet kollha Part-Time jew kif ikun indikat. Kopja tal-Karta Anzjan trid tiġi mehmuża mal-applikazzjoni. Applikazzjonijiet mingħajr pagament u kopja tal-Karta Anzjan ma jiġux proċessati.
  • Studenti li jattendu l-MCAST 'full time', jiġu offruti 50% roħs fuq kull kors Part-Time.
  • M'hemm l-ebda tnaqqis mill-prezz fuq l-eżamijiet u ħlas ta' reġistrazzjoni tas-City and Guilds / BTEC / ITEC.
  • Ikun hemm penali ta' €10 għal kull applikazzjoni li tasal wara l-Erbgha 10 ta' Marzu 2010. Applikazzjonijiet jintlaqghu skond id-dehiżjoni tal-MCAST.

Tħassir ta' Applikazzjonijiet

  • L-applikanti li jħassru l-applikazzjoni tagħhom sa ħames ġranet tax-xogħol qabel jibda l-kors, jingħataw lura l-ħlas kollu li jkunu għamlu mal-applikazzjoni.
  • L-applikanti li jħassru l-applikazzjoni tagħhom inqas minn ħames ġranet tax-xogħol qabel jibda l-kors, jeħlu penali ta' € 25.00.
  • L-applikanti li jħassru l-applikazzjoni tagħhom wara li jibda l-kors ma jircievu EBDA ħlas lura.

Materjal tal-Kors u Notamenti

Sakemm ikun possibbli, in-notamenti tal-kors jipprovdihom il-Kulleġġ. L-istudenti jkunu meħtieġa jipprovdu l-materjal kollu li jkun hemm bżonn waqt il-kors. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattja fuq 23987100 jew ibgħat email fuq information@mcast.edu.mt.

Programmi ta' City & Guilds / BTEC / ITEC

Hija r-responsabilta' tal-istudent li jara li japplika għall-eżamijiet fil-ħin, u li jgħaddi l-applikazzjoni tiegħu fl-Istitut fejn jattendi fiż-żmien stipulat. Applikazzjonijiet li jaslu tard, jeħlu penali.

Eżamijiet u Ċ'ertifikazzjoni tal-Korsijiet

  1. Certifikat ta' Attendenza
    L-ebda certifikat ma jinhareg lil dawk kollha li l-attendenza tagħhom tkun inqas min 80%.
  2. Certifikat
    Studenti li l-attendenza tagħhom tkun inqas minn 80% ma jkunux eligibbli li jersqu ghall-eżami finali tal-kors.

Andament tal-Kors

Lill-applikanti eliġibbli kollha:

  1. Bidu tal-Kors
    L-applikanti eliġibbli kollha ta' kull kors jirċievu ittra uffiċjali fejn ikunu mgħarrfa meta u fejn ser isir il-kors. Id-dati li jidhru fuq is-sit tal-MCAST iservu biss ta' indikazzjoni.
  2. Tħassir tal-lezzjonijiet
    F'każ ta' thassir ta' lezzjonijiet, l-istudenti jiġu mgħarrfa permezz ta' messaġġ fuq il-mobajl li n-numru tiegħu jkun imniżżel fuq il-formola tal-applikazzjoni.
Read in English
Malta College of Arts, Science & Technology
Home | About Us | Institutes | Courses | Admissions | Support | The Library | News | Contact Us | Developed by Seasus