Id-diagrammi għal-korsijiet ta' kull Istitut jintwerew b'dawn il-kuluri.
It-triq kif tagħmel progress minn kors għall-ie]or kif jidhru f'dan il-Prospectus huma applikabbli għas-sena 2008.
Il-Kulleġġ jirriserva id-dritt li jibdel din l-informazzjoni minn sena għall-oħra.
Hu kunsidrat applikant ġdid jekk:
Jew: Applikant li f'Ġunju 2008 ma kienx jattendi l-MCAST
Jew: Student li falla l-ewwel sena tal-kors u jixtieq jerġa jibda l-istess kors
Jew: Student li sa Ġunju 2008 kien jattendi kors l-MCAST u jixtieq jibda kors f'qasam differenti minn dak li spiċċa f'Gunju
L-Applikanti kollha għandhom jimlew il-Formola ta' Applikazzjoni uffiċjali.
Applikazzjonijiet mingħajr ir-rekwiżiti ta' dħul neċċesarji kollha ma jiġux ipproċessati.
Grades 5/C jew aħjar huma ikkunsidrati bħala O'level passes. Fil-każ ta' O'level passes fil-Malti, Taljan u Reliġjon huma aċċettati biss riżultati tas-SEC.
Applikanti li għamlu eżamijiet ta' Overseas Examing Boards u fil-ħin meta jintlaqgħu l-applikazzjonijiet ikunu ghadhom jistennew ir-riżultati, jistgħu jissottomettu applikazzjoni proviżorja (jimmarkaw is-suġġetti b'ittra P) li tiġi kkunsidrata jekk ir-riżultati jiġu ppreżentati sa l-aħħar ġimgħa t'Awissu.
Ebda dħul proviżorju ta' suġġetti ma jiġi aċċettat wara d-data ta' l-għeluq biex jidħlu l-applikazzjonijiet.
Wara d-data ta' l-għeluq biex jidħlu l-applikazzjonijiet ma jiġi aċċettat l-ebda bdil fil-formoli ta' applikazzjoni minbarra dawk ta' dħul proviżorju meta jkunu ppreżentati r-riżultati li jaslu f'Awissu mill-Overseas Examining Board.
Meta timtela l-Formola ta' Applikazzjoni t-Titolu ta' kors li wieħed ikun applika għalih u n-numru tal-kodiċi tal-Kors iridu jaqblu. Fil-każ li ma jaqblux, hu n-numru tal-kodiċi li hu kkunsidrat bhala l-għażla tal-kors.
L-MCAST qed jagħmel l-almu tiegħu biex ikun Kulleġġ li joffri opportunitajiet indaqs lil kulħadd. Għaldaqstant jilqa' fi ħdanu studenti bi bżonnijiet speċjali u li jsibu diffikulta' biex jitgħallmu. Applikanti bi bżonnijiet speċjali għandhom:
- jkollhom iil-kwalifikazzjonijiet meħtieġa għad-dħul.
- jkunu ddiskutew il-bżonnijiet tagħhom ma' xi membru tat-Taqsima għall-Inklużjoni fit -Tagħlim (IEU) qabel jitfgħu l-applikazzjoni.
- jipproduċu evidenza professjonali riċenti bil-miktub dwar il-kundizzjoni speċjali tagħhom.
- jipproduċu dokumenti professjonali riċenti dwar rekwiżiti speċjali biex isegwu l-kors
Biex tagħmel appuntament biex titkellem fuq il-bżonnijiet speċjali qabel ma tapplika għal xi kors ċempel dirett lill-(IEU) fuq 21 423754 jew liċ-Centru ta' l-Informazzjoni fuq 23987000 u jirreferuk lil xi ħadd li jkun jista' jgħinek.