ADMISSIONS
  Selection Criteria | Aqra bil-Malti
  Notes to Foreign Students
  Applications
  Maintenance Grants
  ETC Apprenticeships
EUROPEAN SOCIAL FUND COURSES (ESF)
Please click on the following link for further details on the ESF Courses currently available.
Foundation and Re-Skilling Courses
COURSES
Full-Time: Prospectus 2010-2011 | List of Courses | Admissions
Part-Time (Short): List of Courses
Apply Online | Download Application Form
MAINTENANCE GRANTS

L-apprendisti kollha huma intitolati għal għotja ta' manteniment u stipendju.

L-għotja ta' manteniment hi ta' €93.17   Lm40 fix-xahar, mill-inqas, għall-ewwel tlett snin ta' apprendistat (fejn applikabbli). L-istipendi jvarjaw skond is-sena li fiha l-istudent ikun qed jattendi taħriġ prattiku fuq il-post tax-xogħol.

L-apprendisti intitolati wkoll għal nofs il-bonus statutorju ta' sena.

Waqt li l-apprendist ikun qed jattendi t-taħriġ prattiku fuq il-post tax-xogħol, iħallas dawn ir-rati ta' kull ġimgħa ta' kontribuzzjonijiet lejn l-iskema Nazzjonali tas-Saħħa (N.I.):

Taħt it-tmintax-il sena - 10% tal-paga ta' kull ġimgħa sa massimu ta' €3.96  Lm1.70.

L’ fuq mit-tmintax-il sena - 10% tal-paga ta' kull ġimgħa sa massimu ta' €8.62  Lm3.70.

Is-siegħat tax-xogħol tal-apprendisti ma jaqbżux is-siegħat tax-xogħol li normalment japplikaw fl-istabbiliment fejn ikunu qed jaħdmu. Min iħaddem, ma għandu jħaddem l-ebda apprendist bis-sahra mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-ETC. L-apprendisti li ma jattendux l-iskola jew il-post tax-xogħol mingħajr raġuni valida, jitnaqqsilhom l-istipendju u wara perjodu ta' żmien raġonevoli jitqiesu li jkunu abbandunaw l-iskema.

L-apprendisti intitolati għal:

Btajjel pubbliċi
Ġranet ta' mistrieħ
Leave għal mard
Leave minħabba luttu
Leave minħabba żwieġ
Leave minħabba korriment

Aktar dettalji dwar l-iskemi jinstabu fl-Avviżi Legali 82/1990 u 93/1998.

Aqra bil-Malti
Malta College of Arts, Science & Technology
Home | About Us | Institutes | Courses | Admissions | Support | The Library | News | Contact Us | Developed by Seasus