ABOUT MCAST
  Mission Statement
  Message from the President
  Message from the Principal and CEO
  Sports
  MCASTLink | Subscribe Free | Advertising
  International Office
SPORTS

Id-Dipartiment ta' l-Eżerċizzju Fiżiku fl-MCAST jinkoraġġixxi l-istudenti biex jipparteċipaw fl-isport għall-gost, fitness, u biex jagħmlu l-isport parti mill-ħajja tagħhom ta' kuljum, u biex ukoll jingħaqdu ma' xi assoċċjazzjoni f'tim jew ieħor.

L-attivitajiet organizzati fid-Dipartiment ta' l-iSports jinkludu l-Football, Basketball, Handball, Volleyball, Rugby, Baseball, kif ukoll logħob individwali bħal l-Atletika, Fitness, Training, Weight Training, Darts, Badminton, Table-tennis, Skateboarding u Break-dance. Leagues u kompetizzjonijiet huma organizzati bejn il-Kampusijiet kollha.

Id-Dipartiment ukoll jorganizza attivitajiet sportivi ta' avventura kif ukoll sports fuq il-baħar.

Id-Dipartiment tal-isports joffri lill-istudenti l-opportunita' biex jippruvaw attivitajiet differenti billi jittellgħu taħdidiet u wirjiet u saħansitra sessjonijiet bi prova f'xi sports bħal kickboxing, id-danza sportiva, weightlifting, ċess, bowling, l-arti marzjali, karting u oħrajn.

Id-Dipartiment anki jagħti tagħrif fuq l-ikel, għajnuna fuq il-piż żejjed, programmi ta' fitness, l-eżerċizzju bħala mezz biex tikkontrolla l-istress u biex ittejjeb il-fiżiku u s-saħħa mentali, u mezzi oħrajn biex ittejjeb il-funzjoni mentali n'ġenerali, biex tissieħeb f'assoċċjazzjonijiet sportivi, u tagħrif dwar kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali.

Bħalissa d-Dipartiment qed jaħdem biex itejjeb il-faċilitajiet fuq il-Kampusijiet sabiex iżid l-attivitajiet għall-istudenti kollha ta' l-MCAST.

Aqra bil-Malti
Malta College of Arts, Science & Technology
Home | About Us | Institutes | Courses | Admissions | Support | The Library | News | Contact Us | Developed by Seasus