|
|
 |
|
MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT TAL-BORD TAL-GVERNATURI |
Ilkoll kemm aħna nistennew li l-Gvern jipprovdi edukazzjoni vokazzjonali tal-ogħla
livell u kwalita', u taħriġ professjonali li jħarreġ lill-istudenti, ikollhom kemm
ikollhom eta', biex jiksbu l-għerf, il-kompetenzi u l-ħiliet meħtieġa biex jakkwistaw
kwalifiki rikonoxxuti kemm f'pajjiżna kif ukoll lil hinn minn xtutna. Mill-Gvern
nistennew ukoll li jinvesti f'riżorsi umani, fiżiċi u finanzjarji xierqa, biex b'hekk
jinħolqu ambjenti ta' tagħlim li jħarsu lill-istudenti u jħeġġuhom iħabirku fl-istudju
u t-taħriġ.
Mill-MCAST nistennew li jqiegħed fil-prattika l-viżjoni tal-Gvern u l-prijoritajiet
tiegħu għallqasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ billi jwettaq ilmissjoni tiegħu bl-aktar
mod effettiv u effiċjenti. Nistennew ukoll li l-Kulleġġ jaqdi l-ħtiġijiet talistudenti
żgħażagħ u adulti tiegħu, u l-bżonnijiet talindustrija u l-ekonomija ta' pajjiżna.
Fl-aħħar imma mhux l-inqas, nistennew ukoll li l-MCAST jindirizza bi flessibilta'
l-ħiliet eżistenti u ġodda li jeħtieġu l-oqsma tal-industrija, in-negozju u s-servizzi.
Minkejja dak kollu li huwa mistenni mill-awtoritajiet, huma l-istudenti żgħażagħ
u adulti li jridu jieħdu l-opportunitajiet offruti u jisfruttawhom. Óadd m'għandu
jistenna li jingħata xogħol jew karriera jew mezz ta' għajxien bla ma jkun għamel
ħiltu biex jakkwistahom. Kull min irid isib xogħol mistħoqq, jaqbad karriera u jaqla'
għajxien xieraq, irid jirsisti biex jikseb l-għerf, il-kompetenzi u l-ħiliet meħtieġa
għall-kisba tal-kwalifiki fil-qasam tal-għażla tiegħu. Kull min irid isir ċittadin
attiv fissoċjeta', irid jiżviluppa l-abbiltajiet meħtieġa biex ikun kapaċi jieħu
ħsieb tiegħu nnifsu, tal-familja tiegħu u tal-komunita' li jgħix fiha.
Fil-Prospectus tal-MCAST tal-2010 għandek issib firxa wiesgħa ta' korsijiet ta'
livelli differenti f'varjeta' kbira ta' oqsma. Int u tagħżel, trid toqgħod b'seba'
għajnejn li tagħmel l-aħjar għażla skont il-kwalifiki li għandek, l-attitudnijiet
tiegħek u xewqatek.
Xi wħud jaħsbu li l-edukazzjoni vokazzjonali u l-korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali
huma eħfef millkorsijiet ta' xeħta aktar akkademika. Saħansitra ssib min jgħidlek
li biex tikseb ċertifikat jew diploma vokazzjonali ma jeħtiġlekx tistudja u taħdem
wisq. Min jaħseb hekk ma jafx fuqiex qed jitkellem. Min jirraġuna b'dan il-mod ikun
lest jikkuntenta ruħu b'ħiliet elementari ripetittivi, li huma tajbin biss għal
xogħlijiet partikolari li bil-mod il-mod qegħdin jgħibu u li, għalhekk, miskin hu
min ikun tħarreġ fihom biss, għax ħabta u sabta jaf jispiċċa bla xogħol. Min jirraġuna
hekk ma jkunx ambizzjuż, fis-sens tajjeb tal-kelma, għax ma jkunx irid jiżviluppa
l-potenzjal sħiħ tiegħu, jirnexxi f'ħajtu u jkollu karriera li tagħtih sodisfazzjon.
Iż-żgħażagħ u l-adulti li jkunu tassew ambizzjużi, jistinkaw biex jiksbu għarfien
tajjeb tal-qasam talg ħażla tagħhom. Huma jirsistu biex jakkwistaw il-kompetenzi
u l-ħiliet meħtieġa għall-karriera tagħhom u jagħmlu l-almu tagħhom biex jikbru
u jissaħħu bħala persuni, kif jitlob il-kunċett tattag ħlim tul il-ħajja. Iż-żgħażagħ
u l-adulti ambizzjużi jħarsu lejn it-tagħlim tul il-ħajja bħala l-muftieħ għal karriera
jew xogħol li jagħtihom sodisfazzjon tul ħajjithom kollha.
Ûgħażagħ u adulti bħal dawn jafu li l-ħobża ta' kuljum huma jridu jaħdmu għaliha,
ħadd mhu se jaħdem għalihom. Illum ħadd m'għad għandu x-xogħol garantit u mhux bilfors
jekk taqbad taħdem, se żżomm l-istess xogħol tul ħajtek kollha. Fiddinja tal-lum,
minħabba li t-teknoloġija, il-prodotti u s-servizzi, il-ħin kollu jinbidlu, il-ħaddiema
jridu jibqgħu jitħarrġu f'oqsma ġodda, itejbu l-kompetenzi tagħhom, iġeddu ħiliethom
u jaġġornaw ruħhom.
Il-Prospectus tal-MCAST għall-2010 joffri lillapplikanti prospettivi għażla kbira
ta' korsijiet. Il-Kulleġġ joffri rotot differenti ta' dħul u bosta opportunitajiet
wara tmiem kors, fost oħrajn, ilpossibilta' li wieħed jimxi minn livell għal ieħor.
Qabel tiddeċiedi x'kors se tagħżel, qis kollox sew u ħu l-pariri kollha meħtieġa.
Tinsiex li biex tikseb kwalifiki għolja trid tistudja u taqta' bi snienek. Blg ħażla
li se tagħmel illum se tkun qed tiddetermina l-futur tiegħek. Kun ambizzjuż, immira
fl-għoli, ħa tirnexxi int u bis-saħħa tiegħek, ikompli jissaħħaħ u jimxi 'l quddiem
ukoll pajjiżna.
Mr. Paul A. Attard
President
Board of Governors
MCAST
|
|
 |
|